Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, is-Segretarju privat ukoll ta’ Lawrence Gonzi, mal-ewwel indika li kulħadd irid jobdih u daħal hemm biex idaħħal id-dixxiplina biex il-Partit Nazzjonalista jisma’ mill-klikka ta’ Gonzi, l-istess fazzjoni li ħakkmet lil Simon Busuttil u issa lil Bernard Grech bl-imbuttatura ta’ Karol Aquilina.
Fuq ir-radju tal-Knisja, Bonello mal-ewwel wera li hu jaf fejn ipoġġi n-nies.
“Kulħadd għandu kontribut x’jagħti, nista nkun aktar ċar minn hekk. Pero fejn hemm bżonn, mhux fejn tiddeċidi inti, tajjeb? Għax aħna nafu.”
Charles Bonello – Is-Segretarju Ġenerali tal-PN
It-ton arroganti iżda ma waqafx hawn.
Qal li biex wieħed jidħol fil-Partit Nazzjonalista irrid jimxi mar-regolamenti tal-Partit Nazzjonalista, inkella jiġi muri l-bieb ta’ barra.
“Issa either you follow the rules jew inkella x’tim aħna allura aħna? Mela jien se ntik il-platt u pick and choose?”
Charles Bonello – Is-Segretarju Ġenerali tal-PN
Bl-istess retorika, qal li taħtu, huwa se jkun qed iżid id-dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista, bħal ma kienet fi żmien GonziPN.
Xi ħaġa, li anke huwa ammetta li ntilfet fi żmien Michael Piccinino.
Andrew Azzopardi: “Il-Partit Nazzjonalista huwa a shadow ta’ dak li kien”.
Charles Bonello: “Dak li rrid nagħmel jien”.
Andrew Azzopardi: “Imma trid il-flus”.
Charles Bonello: “Mhux bilfors, mhux kollox. Ħafna affarjiet trid il-flus”.
Andrew Azzopardi: “X’ intilef mela?”
Charles Bonello: “Id-dixxiplina”
Andrew Azzopardi: “Id-dixxiplina ta’ minn imma”
Charles Bonello: “U le”
Dwar il-ksur sfaċċat tal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, fejn min mindu Bernard Grech kien Kap għal sena sħiħa, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppubblikax il-kontijiet finanzjarji tiegħu, Charles Bonello farfar il-problema fuq ta’ qablu.
“Il-problemi finanzjarji ma bdewx ilbieraħ lura.”
Charles Bonello – Is-Segretarju Ġenerali tal-PN
Charles Bonello ġie mistoqsi wkoll dwar kif iktar minn 30 persuna fl-Eżekuttiv ma vvutawx għal Bonello biex jokkupa din il-kariga.
Xi ħaġa li skontu, hija gidba.
Iżda l-fatti jgħidu mod ieħor.
Dan hekk kif tmintax-il persuna ma attendewx għal-laqgħa li fiha sar il-vot, bħala protesta kontra din l-istess għażla u saħansitra 11-il-persuna vvutaw direttament kontrih. Tliet persuni astjenew milli jivvutaw.