Fiż-żjara tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca fiċ-ċentru tal-onkoloġija, Sir Anthony Mamo, faħħret u rringrazzjat lill-ħaddiema għall-ħidma bla heda u dedikazzjoni tagħhom.
Matul din iż-żjara, il-President nediet ukoll librerija għal pazjenti li għandhom kanċer.
Din il-librerija hija partikolari għaliex fl-istess waqt toffri terapija lill-pazjenti li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli hekk kif tinkludi numru ta’ kotba spiritwali bl-għan li jnisslu sens ta’ tama fost il-pazjenti, li se jkunu jistgħu jgawdu ukoll mużika rilassanti.
Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Malta Community Chest Fund u National Cancer platform.