Fil-qasam tas-saħħa, Malta sabet postha fost l-aqwa minn 188 pajjiż. Dan skond il-ġurnal internazzjonali The Lancet, li analizza s-sistemi ta’ saħħa ta’ pajjiżi differenti. Il-Gvern laqa’ b’sodisfazzjon dan ir-rapport u wera’ l-impenn tiegħu li jkompli jtejjeb il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.