Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri sebħet dalgħodu b’dawn il-kliem minquxa mad-dar tagħha. “Fu*k You” għal min forsi ma jistax jaqra sew dak li miktub.
Vella Cuschieri kienet il-Maġistrat li kienet qed tisma’ l-każ ta’ libell kontra s-Sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi.
Jason Azzopardi, l-avukat li qed jirrapreżentah, ressaq talba quddiem il-Qorti biex dan il-każ ma jinstemax quddiem Vella Cuschieri minħabba l-kandidatura tagħha fl-elezzjoni ġenerali tliet snin ilu.
Quddiem id-dar ta’ Vella Cuschieri hemm il-Pulizija, li qed twettaq investigazzjoni. Il-Prim Imħallef huwa informat bil-każ ukoll.