Il-Malta Infertility Network tagħmel referenza għad-diskors li sar fil-Parlament minn l-Onorevoli Simon Busuttil dwar l-Att tal-Protezzjoni għall-embrijuni. Dan il-kliem qed iweġġa’ bosta koppji li qed jesperjenzaw l-infertilta’ specjalment fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiz ġewwa l-Parlament.
Għal daqstant il-Malta Infertility Network tappella biex tinżamm kawtela fuq dak kollu li qed jingħad speċjalment fuq il-koppji li qed jirrikorru għal dawn it-trattamenti tal-infertilità, kif ukoll fuq familji ġodda fejn it-tfal ġew konċeputi permezz ta’ trattamenti varji fosthom donazzjoni ta’ gametti jew embrijuni friżati u anki permezz tal-procedura tas-surrogacy.
F’dan il-kuntest, in-network isostni lit-tfal mhumiex dritt għall-koppji li qed ibatu mill-infertilita’ izda temmen bis-sħiħ li dawn il-koppji għandhu jkollhom l-aqwa l-opportunitajiet biex jippruvaw iħaddnu tarbija magħhom permezz tat-trattamenti varji għal infertilita.
In-network tfakkar li koppja minn kull sitta tiġi milquta mill-kundizzjoni medika tal-infertilita’ u dawn ittrattamenti
ma jsirux b’kapriċċ imma għax ikun hemm ħtiega medika.