Il-pazjenti fl-isptar ta’ Lombardija u l-anzjani li jgħixu f’djar għall-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu mill-kumpanija tal-annimali tagħhom hekk kif bħala waħda mir-regolamenti li ġew introdotti biex l-annimali domestiċi jiġu protetti u ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom, tippermetti li klieb u qtates jistgħu jżuru pazjenti u anzjani.
Il-liġi daħlet fis-seħħ illum u li se tkun qed isservi ta’ wens għal dawk il-pazjenti li jkunu qed jingħataw il-kura, fosthom dawk li jdumu l-isptar għal tul ta’ żmien.
F’din il-liġi ġew stipulati ukoll numru ta’ regolamenti li sid l-annimal għandu josserva fosthom li l-klieb jiddaħlu biss fl-isptarijiet u dar residenzjali bis-sarima bl-għan li l-pazjenti l-oħra li jkunu fl-istess kamra, u li forsi jiddejqu jew jibżgħu mill-annimali ma jkunx ta’ konvenjent għalihom. Tajjeb li wieħed jinnota li dawk li ma jsegwux dawn ir-regoli jistgħu jeħlu anke multa.