L-eks uffiċjal kap tal-finanzi tal-Air Malta Klaus Gossler ċaħad rapport f’The Times of Malta dwar l-impjieg tiegħu fl-Air Malta u li ddeċieda li jitlaq minħabba nuqqas ta’ qbil dwar l-istrateġija.
Fi tweġiba lil The Times għall-artiklu miktub minn Ivan Camilleri, is-Sur Gossler qal li huwa jappoġġja l-istrateġija l-ġdida tal-Air Malta u li m’hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil jew diverġenzi bejnu, it-tmexxija tal-Air Malta jew il-Ministru Konrad Mizzi.
Huwa żied jgħid li ħadem mill-qrib mas-suċċessur tiegħu ferm qabel kien hemm qbil dwar l-istrateġija l-ġdida. Qal li l-pjan kien li jħarrġu f’perjodu maqbul ta’ tliet snin.
Is-Sur Gossler se jibqa’ joffri s-servizzi tiegħu lil Air Malta f’għadd ta’ oqsma speċifiċi.
This letter by the Air Malta’s outgoing CFO demonstrates that @Timesofmalta’s story is Fake news in its entirety intended to harm the reputation of the airline. A clear agenda by the Times Of Malta. Notwithstanding adversity @AirMalta will be another success story. pic.twitter.com/j3ZNfDC9V4
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) April 12, 2018