Għat-tmien sena konsekuttiva reġgħu ħarġu l-applikazzjonijiet għall-Klassijiet ta’ Reviżjoni tas-SEC bla ħlas li jigu organizzati permezz tal-Youth Guarantee Project iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Dawn l-klassijiet huma mmirati għall-istudenti li ser ikunu qed jagħmlu r-resits fil-Bijoloġija, Ingliż, Malti, Matematika u Fiżika f’Ottubru li ġej.
Il-klassijiet ser jibdew fit-23 ta’ Awwissu u jibqgħu għaddejjin għal ħames ġimgħat sal-aħħar ta’ Settembru.
Studenti ta’ bejn 15 u 24 sena li ġabu marka 6, 7, U jew li kien mmarkati bħala assenti f’xi wieħed mill-ħames suġġetti ewlenin imsemmija hawn fuq huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-klassijiet.
L-istudenti jistgħu jattendu ghal dawn il-klassijiet online jew f’wiehed miċ-ċentri u jistgħu jagħżlu li jattendu għal massimu ta’ tliet suġġetti, kif ukoll għażla ta’ suġġett tax-xjenza (Bijoloġija jew Fiżika).
L-istudenti jistgħu japplikaw onlajn billi jżuru www.jobsplus.gov.mt/revisionclasses
L-applikazzjoni ser tibqa’ miftuħa sat-Tlieta 17 ta’ Awwissu 2021.