Ir-raba’ edizzjoni ta’ klassijiet ta’ reviżjoni waslet għal sena oħra hekk kif ġewwa l-Liceo San Ġorġ Preca ġewwa il-lokalità tal-Ħamrun saret konferenza tal-aħbarijiet.
Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo fejn spjegaw l-importanza ta’ dawn l klassijiet u kemm se jgħinu fiż-żmien ġejjieni lis-settur tal-edukazzjoni flimkien mas-settur tax-xogħol.
Dan għaliex l-istudenti se jkollhom iktar opportunità sabiex jilħqu l-miri tagħhom fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-klassijiet se jikkonsistu minn ħames suġġetti li jinkludu l-Ingliż, il-Malti, il-Fiżika, il-Matematika u għall-ewwel darba l-Bilojoġija.