Minn fuq it-televiżjoni għal fuq it-Teatru taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Il-cast tas-serje popolari televiżiva, Klassi Għalina, li tixxandar fuq ONE u li mill-iskeda tal-ħarifa li jmiss se tkun qed tirritorna fuq l-iscreens televiżivi, għat-tieni sena konsekuttiva se jkunu qed jipparteċipaw fir-Rally tas-Saitra Politika Għax Hekk.
Tħabbar dan permezz tal-paġna uffiċjali ta’ “Għax Hekk!”, illum kmieni wara nofsinhar. L-antiċipazzjoni għad-dati u l-istennija sabiex il-pubbliku jkun jaf aktar dettalji dwar din ir-Rally tas-Satira kienet kbira, hekk kif sa minn ġimgħa ilu, meta tħabbar li din ir-Rally tas-Satira se tirritorna għall-ħames edizzjoni kienu bosta li kkummentaw biex jistaqsu għal aktar informazzjoni.
Ix-shows se jkunu qed jitellgħu bejn it-28 u t-30 ta’ Ottubru u l-ammissjonijiet għas-sala se jkunu ta’ 16+. Il-biljetti bdew jinbiegħu permezz tas-sit elettroniku ticketline.com.mt