Il-klabb tal-kickboxing Malti “Wushuky” ġie mistieden biex jipparteċipa fi Praga f’Mejju li ġej.
Permezz tas-sħubija tal-klabb fil-WUMA – World United Martial Arts – l-opportunitajiet internazzjonali huma kontinwi.
F’Ottubru li għadda, żewġ klabbs lokali ingħaqdu u rrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjoni ta’ World Championship f’Worcester.
Il-klabb irringrazzha lill-Kunsillier Naxxari Marlon Brincat li dejjem emmen f’din id-dixxiplina sportiva tant li għen finanzjarjament lill-erba’ membri li se jirrapreżentaw lil Malta fi Praga.