Klabb 3-16 qed iservi ta’ nifs għall-ġenituri li jaħdmu, tant li kienet lanqas għadha ntemmet Skola Sajf, li għadd ta’ tfal kienu diġa irreġistrati biex jattendu dan il-klabb, fil-ġimgħatejn li jkun għad fadal sakemm tibda sena akkademika oħra.
Tkellimna ma’ Elizabeth Pisani, Kap Eżeukiitv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, li spjegat kif għal dawn il-ġimgħatejn hemm aktar minn elf student li inkitbu.