Ftit sigħat wara li dak li ġara fit-Turkija, titijiriet lejn Istanbul ġew ikkanċellati.
Numru ta’ persuni li kienu se jsiefru lejn dan il-pajjiż, li f’daqqa waħda qed jidher bħala pajjiż instabbli, sabu posthom wara l-bieb tat-Turkish Airlines f’pajjiżna bl-għan li jaraw x’arranġamenti jistgħu jgħamlu.
F’kummenti ma one.com.mt dawn il-persuni stqarru li minkejja s-sitwazzjoni instabbli tal-pajjiż xorta waħda jixtiequ jirritornaw lejn it-Turkija kemm jista’ jkun malajr.
Il-linja tal-ajru Turkish Airlines ikkanċellat kull titjira lejn it-Turkija.
L-attentat ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija, li seħħ tul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt wassal biex bosta nies inġabru fl-ajruport ta’ Istanbul, biex jingħaqdu mal-appell tal-President Erdogan. Titjiriet kienu mistennija jerġgħu jibdew joperaw normalment minn dalgħodu iżda jidher li dan mhux il-każ.
Madwar 60 persuna, ħafna minnhom nies ċivili, tilfu ħajjithom f’dan l-attentat filwaqt li 745 suldati kienu arrestati u 34 uffiċjal militar tneħħa mill-kariga tiegħu.
Aqra wkoll: Evitaw safar lejn it-Turkija; Il-Gvern Malti