Permezz ta’ stqarrija l-Gvern xtaq jiċċara numru ta’ rapporti fil-midja fuq il-proposti tal-Gvern biex jittejbu l-pagi, allowances u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema u tal-edukaturi. Iċ-ċifra reali hija ferm aktar minn dak li ssemma, minkejja l-fatt li n-negozjati min-naħa tal-Gvern mhumiex finalizzati.
Il-Gvern ta eżempju, l-allowances tal-għalliema fil-gradi kollha tal-inqas ser jittriplaw, u dan fi stadju mhux konklussiv tan-negozjati. Il-Gvern irid iħaffef il-progressjoni fil-gradi kollha tal-għalliema u se jkollhom opportunitajiet ġodda fil-progress tal-karriera tagħhom li tasal tkompli ssaħħaħ il-paga tagħhom ukoll.
Apparti pakkett finanzjarju mistħoqq għall-għalliema, l-Gvern kommess ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol l-oħra biex jissaħħaħ il-valur ta’ din il-professjoni għall-ġid tat-tfal tagħna.