Sid ta’ ħanut li jinsab f’Tas-Sliema rċieva ittra mingħand klijient li aċċidentalment waqa’ u kisser presepju minn fuq xkaffa.
Dan il-klijent li baqa’ anonimu stqarr li dakinhar iddejjaq u telaq ‘il barra mill-ħanut. Huwa skuża ruħu ma’ sid il-ħanut u tah il-flus biex jikkumpensa għall-ħsara li ġarrab minħabba dan l-inċident żgħir.

Ritratt: The Alley Shop at Sewing Centre/ Facebook