Raġel Eritrejan ta’ 25 sena inħeles mill-arrest it-Tnejn filgħodu wara li wieġeb ħati għall-akkużi li għamel ħsarat fuq żewġ karozzi u mutur fil-Gżira.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, l-Ispettur Lara Butters akkużatu wkoll b’pussess ta’ kannabis waqt il-ħin tal-arrest.
Fil-Qorti ntqal li qabel ma kien arrestat l-Eritrejan kien ilu jixrob għal ħmistax-il siegħa, iġifieri mill-ħdax ta’ filgħodu sas-sagħtejn u kwart tal-għada filgħodu.
Huwa mifhum li l-Eritrejan irrabja ħafna wara li prostituta ħaditlu 35 ewro iżda mbagħad irrifjutat l-avvanzi tiegħu. Kien hawn li nfexx fil-vetturi pparkjati.
Huwa nħeles mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elf ewro, filwaqt li l-ħsara li saret fuq il-vetturi se tkun kwantifikata fis-seduta li jmiss.