Ġinnasta Franċiż kiser saqajh bl-ikrah waqt li kien qed jipparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Rio. Samir Ait Said, atleta ta’ 26 sena, kiser saqajh ix-xellugija wara li niżel fuqha ħażin.
Il-mument tal-kisra kien imxandar b’mod dirett fuq it-televiżjoni, b’eluf jiddarsu u jikkumentaw fuq mezzi soċjali. Tant kiser saqajh b’mod ikrah, li l-ħoss tal-għadam ifaqqa’ instema’ mal-arena kollha. Said, li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej, ittieħed fl-eqreb sptar biex isirulu l-ewwel eżamijiet mediċi. Qabel ittieħed, drittawlu saqajh u deher jagħmel sinjal kuraġġuż b’subajgħ li juri attitudni ta’ ‘champion’.
Ir-reazzjoni ta’ atleti oħra
Il-ġinnasta tal-Istati Uniti Danell Leyva, rebbieħa tal-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi tal-2012, qalet li l-ġinnasti l-oħrajn qalulha biex ma tħarisx lejn saqajh miksura.
“Minkejja li ninsabu f’timijiet differenti, ilna nafu lil xulxin sa minn età konna għadna tfal. Dak li seħħ ma kienx ġust,” qalet l-Amerikana.