Kirurgu Amerikan u s-sieħba tiegħu qed jaffaċċjaw żewġ akkużi ta’ stupru, u l-investigaturi qed jinsistu li hemm mijiet oħra ta’ vittmi.Grant William Robicheaux ta’ 38 sena u Cerissa Laura Riley ta’ 31 sena, allegatament attakkaw żewġ nisa fi stabbiliment tal-ikel lura fl-2016.
Il-Pulizija qalu mal-midja li eluf ta’ filmati ta’ vittmi kienu fuq il-mobiles tal-akkużati. Il-Pulizija għadha qed tipprova tidentifika n-nisa li jidhru fil-filmati.