Kirstey Coventry saret l-ewwel mara li ġiet eletta fil-kariga ta’ president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Coventry għandha 41 sena u hija minn Zimbabwe. Fil-passat kienet rebbieħa darbtejn ta’ midalja olimpika fl-għawm. Hija se tieħu post il-ġermaniż Thomas Bach li ddeċieda li ma jerġax jikkontesta wara 12-il sena fil-kariga.
Fl-elezzjoni għall-kariga ta’ president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien hemm b’kollox sitt kandidati. Coventry irnexxielha tegħleb l-isfida ta’ kandidati b’sahhithpm bħal Juan Antonio Samaranch JR u Sebastian Coe.
Hija kisbet 49 vot minn total ta’ 97 vot. Apparti l-ewwel mara f’din il-kariga hekk prestiġġjuża, Coventry saret ukoll l-iżgħar president fl-istorja .