Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jung-un appella għal aktar miżuri li hu ddeskrivihom bħala miżuri pożittivi u offesivi sabiex tiġi ssalvagrwardjata s-sovranità u s-sigurtà tal-pajjiż.
Huwa qal dan waqt riċeviment li jsir kull sena flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż f’Pyongyang. Dan il-kumment qajjem tħassib li l-Korea ta’ Fuq tista’ tinjora n-negozjati li għandha mal-Istati Uniti rigward id-denuklearizzazzjoni u anke dwar il-possibbiltà li l-Korea ta’ Fuq terġa’ tittestja l-armi nukleari.
Min-naħa tagħha, l-Amerka sostniet id-diżappunt tagħha dwar dak li tkellem dwaru l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq.