Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un qal li pajjiżu jrid ikun lest għal “djalogu u konfrontazzjoni” mal-Istati Uniti.
Il-Korea ta’ Fuq ġabet fix-xejn sforzi mill-amministrazzjoni tal-President Amerikan Joe Biden biex tkun stabbilita kommunikazzjoni diplomatika.
Id-dikjarazzjoni ta’ Kim Jong-un hija l-ewwel waħda fejn Kim ikkummenta b’mod dirett fuq l-amministrazzjoni ta’ Biden.
Kim kien qed jitkellem waqt laqgħa fi Pyongyang li matulha ammetta wkoll kif pajjiżu qed jaffaċċja nuqqas ta’ ikel.
Ritratt: EPA