Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, ikkritika lill-uffiċjali tas-saħħa u ordna lill-armata biex tgħin fit-tqassim tal-mediċina, hekk kif il-pajjiż għaddej minn mewġa ta’ każijiet tal-COVID-19.
Fil-fatt, aktar minn miljun ruħ huma kkonfermati pożittivi għall-virus, madanakollu n-numri jistgħu jkunu ferm aktar, hekk kif il-Korea ta’ Fuq għandha kapaċità limitata għat-testjar tal-virus.
Iċ-ċittadini x’aktarx ikunu ferm aktar vulnerabbli quddiem il-pandemija minħabba n-nuqqas ta’ tilqim u sistema ta’ kura tas-saħħa dgħajfa fil-Korea ta’ Fuq.
S’issa, mietu madwar 50 persuna, iżda mhux ikkonfermat kemm minn dawn il-persuni kienu infettati bil-COVID-19.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, Kim Jong-un sejjaħ għal-laqgħa b’emerġenza, fejn matulha akkuża lill-uffiċjali li qed ifixklu d-distribuzzjoni tal-mediċina.