Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un wasal fil-kapitali Vjetnamiża Hanoi għas-summit bejnu u l-President Amerikan Donald Trump.
Dan huwa t-tieni summit bejn iż-żewġ pajjiżi wara l-ewwel wieħed f’Singapore f’Ġunju li għadda.
Ħafna jittamaw li dan is-summit joffri iżjed kjarezza dwar kif il-Korea ta’ Fuq se tneħħi l-armi nukleari tagħha.
Wara d-dikjarazzjoni ffirmata f’Ġunju li għadda, ftit progress sar fuq din il-materja.
Madanakollu, Donald Trump qal li m’huwiex mgħaġġel biex jilħaq ftehim.
L-Istati Uniti kien qed jisħaq li l-Korea ta’ Fuq trid tneħħi l-armi nukleari sabiex jintlaħaq ftehim ta’ tneħħija ta’ sanzjonijiet.