Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un wasal f’Singapore għas-Summit storiku mal-President Amerikan Donald Trump.
F’kummenti lill-midja internazzjonali fi triqtu lejn dan is-summit, il-President Trump qal li dan huwa l-uniku ċans għall-mexxej Korean biex joħroġ lill-pajjiżu mill-iżolament mill-bqija tad-dinja.
Intant, waħda mill-għanijiet tas-summit huwa li jtemm il-kriżi nukleari li ħolqot inkwiet kbir fir-reġjun tal-Paċifiku.
Iż-żewġ kapijiet ta’ stat qatt ma ltaqgħu jew kienu f’kollegament telefoniku mill-gwerra tal-Korea, li seħħet aktar minn sittin sena ilu sal-lum.