Il-weightlifter żagħżugħa Kim Camilleri Lagana spiċċat fis-seba’ post tal-Kampjonat tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena li qed isir f’Leòn fi Spanja. Camilleri Lagana kkompetiet fil-kategorija B tad-49kg.
Hija kellha refa’ ta’ 64kg fl-isnatch filwaqt li fil-Clean and Jerk kellha refgħat ta’ 84 u 86kg. Hija tellgħet total ta’ 150kg u spiċċat fis-seba’post overall.
Fil-Kampjinat tad-Dinja U20, Malta hija rappreżentata wkoll minn żewġ weightlifters oħra, Tenishia Thornton u Rylee Borg. HUma s ejkunu fl-azzjoni nhar il-Ħadd u nhar it-Tnejn rispettivament.