“Dan it-te differenti. Differenti għax jirrakkonta l-weġgħa ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja li qed ikunu traffikati. F’Londra ltqajna ma’ persuni li nħelsu minn ċrieki ta’ traffikar u skajvitu’ modern.”Kitbet dan is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli fejn irrakkontat kif f’Londra ltaqgħet ma’ mara ta’ 80 sena li għal għexieren ta’ snin kienet skjava f’dar u wara li xebgħu minnha tefawha fit-triq, tfajliet sfurzati fil-prostituzzjoni li kellhom jitħarrbu u bosta oħra.
F’messaġġ fuq Facebook Farrugia Portelli rringrazzjat lill-UK in Malta – British High Commission Valletta u Stuart Gill li flimkien ma’ esperti Ingliżi qed jaqsmu l-esperjenza tagħhom qabel ma’ f’ Malta nħarrxu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-umani.
Riforma li għandha twassal għal tisħiħ fil-Liġijiet Maltin.