Kif żvelajna dalgħodu l-Partit Nazzjonalista se juża l-maduma u l-innu biex jipprova jqanqal iktar il-partitarji u jiġbor iktar flus.
F’laqgħa li se tibda fi ftit minuti llejla fid-Dar Ċentrali Ann Fenech se tgħid lill-membri tal-kumitati sezzjonali li wara l-iskema ċedoli issa trid €500 mingħand familji individwali u ta’ hekk jieħdu biċċa minn maduma tal-mużajk li se ssir fid-Dar Ċentrali.
Se jsir l-istess bil-kliem tal-innu tant l-iskema se jkun jisimha “Ejjew Nazzjonalisti.” Mhux magħruf jekk il-mużajk hix se ssir fil-kafeterija li kien wiegħed Simon Busuttil, iżda kuntrajru għall-kafè l-€500 se joħduhom żgur.