Kif żvelajna fis-2:30 il-Partit Nazzjonalista fetaħ proċeduri l-Qorti biex b’rabta mad-deċiżjoni li se tittieħed nhar it-Tnejn fuq l-impjant tal-gass f’Dellimara.
Teknikament kien l-Inġinier Arthur Ciantar li ressaq il-protest ġudizzjarju, iżda dan iffirmatu Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN li ilha xhur tmexxi l-kampanja kontra l-power station taħdem bil-gass. Fih qed jintalab biex l-ERA tiddeċiedi kontra l-impjant tal-gass.
Huwa nhar it-Tnejn l-Awtorità tar-Riżorsi trid tiddeċiedi fuq il-permess aħħari.
Il-Partit Nazzjonalista ilu sa minn qabel l-elezzjoni jopponi dan il-proġett u ma tilifx okkażjoni waħda milli jipprova jfixkel dan il-proġett u l-istess mistenni jibqa’ jagħmel fit-48 siegħa li ġejjin.