Din hija r-reazzjoni tal-istar candidate tal-Partit Nazzjonalista għall-artiklu li ħriġna wara li nfexx f’attakk sfrenat kontra min hu ta’ twemmin Laburist permezz ta’ Facebook.
Mallia wieġeb billi qal li ma jibżax minn ‘gażja lid-daddy’.
Għadna qed nipprovaw nifmhu min hu d-‘daddy’ li qed jitkellem dwaru.
Jekk huwa l-Kap tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, s’issa ma kien hemm ebda kundanna li nafu biha. Anke jekk Mallia uża kliem li xejn m’hu xieraq juża min jirrappreżenta partit politiku, ikun ta’ liema lewn ikun.