Hekk kif f’dawn il-jiem eluf ta’ studenti u edukaturi rritornaw jew se jirritornaw lura lejn l-iskola jew istituzzjonijiet edukattivi oħra, il-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia permezz ta’ filmat spjega wieħed x’jista jagħmel biex fix-xhur li ġejjin jonqos it-traffiku fit-toroq tal-pajjiż.
Huwa qal kif fix-xhur li għaddew l-awtoritajiet ħadmu biex inaqqsu kemm jista’ jkun l-inkonvenjent li l-influss ta’ karozzi fit-toroq iġib miegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ma naqasx li hawnhekk isemmi l-proġetti li saru sabiex jonqos il-ħin tal-ivjaġġar minn lokal għal ieħor, l-investiment fil-flotta tal-karozzi tal-linja u anke t-trasport b’xejn għall-istudenti.
Isma’ x’qal il-Ministru Aaron Farrugia.