Jekk verament tixtieq tgħid lil Donald Trump kif taħsibha wiċċ imb’wiċċ, għandek opportunità ġdida. Il-President elett Amerikan Donald Trump se jkun preżenti, għalkemm tax-xema’, għand ta’ Madame Tussaud.
Esperti fl-iskultura għaddejjin b’ħidma sħiħa wara l-kwinti biex Trump ġdid (għax diġa’ hemm Trump ieħor) ikun preżenti qabel l-istilla televiżiva u negozjant isir President uffiċjalment.
Fost l-ikbar uġigħ ta’ ras hemm xagħar Trump – kif taqbad tirreplika dak ix-xagħar isfar famuż mad-dinja kollha?
Is-soluzzjoni tibsab fis-suf tal-“yak”; annimal simili għal barri li ssibu fir-reġjun kollu tal-Ħimalaja, fin-Nofsinhar tal-Asja Ċentrali, il-plateau Tibetjan u t-tramuntana tal-Mongolja u r-Russja.
Intant, fl-Amerka l-għajta ta’ eluf ta’ persuni hija “Trump m’huwiex il-president tiegħi”. Eluf ħarġu jipprotestaw fit-toroq ewlenin ta’ diversi bliet, ftit siegħat biss wara li Trump sar kien elett il-45 President.
Trump għandu jiltaqa’ ma Barack Obama biex tkun żgurata tranżizzjoni effetiva u tkompli tirrenja l-istabbiltà fil-pajjiż. Barack Obama u Hillary Clinton qed jappoġjaw it-tmexxija ġdida ta’ Trump, għalkemm it-tnejn li huma kellhom kliem iebes għalih fil-jiem li għaddew.
Wara r-riżultat ta’ din l-elezzjoni, għal darb oħra l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika inġieb fix-xejn minn nies li fil-jum tal-prova marru jixħtu l-vot tagħhom. Nies li kellhom messaġġ xi jwasslu biex Trump rebaħ postijiet strateġiċi, magħrufa bħala swing states, bħal Florida, Ohio u Pennsylvania.