L-2020, kienet sena ddominata mill-inċertezza li ġabet magħha l-Pandemija Covid-19, li eventwalment kellha tfisser li l-festi tal-Milied niċċelebrawhom b’mod differenti ħafna mis-soltu.
Fil-Belt Valletta f’Lejlet il-Milied, crew ta’ One News tkellem ma’ xi wħud li qalulna kif minn hawn u minn hemm xorta sabu soluzzjoni għal dan, mingħajr ma jmorru kontra d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
“Naħseb jien id-dar bħalissa għax ma tantx niflaħ.”
“Naħseb din is-sena mal-familja ħa nqattgħu minħabba sitwazzjoni.
“Kif se nqattagħha, id-dar mat-tfal.”
“Minħabba l-pandemija, mhux se jkun hemm ħruġ, allura nqattgħuha mal-familja. Xtrajna xi affarijiet nieklu naraw xi film forsi.”
“Il-ġurnata tal-Milied se nqattagħha mal-familja dar. Ifhem wara li kellna sena daqsxejn diffiċli, xorta b xi mod se niltaqgħu l-familjari bejnietna.”
Uħud qed jiddispjaċihom li ma jistgħux iqattgħu l-festi ma’ qrabathom, oħrajn b’qalbhom maqsuma għax se jibqgħu ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom għaliex huma vulnerabbli. Iżda l-Maltin mimlija tama, u sabu mezzi oħra biex iferrħu l-xulxin.
Huma qalulna:
“Huma joqogħodu d-dar, iħobbu joqogħodu dar minħabba dan il-ġranet hux.”
Mar-raġel,mat-tfila u forsi nżuru l-mummy u daddy.”
Forsi mmorru nisimgħu naqra quddies wara li nieklu u hekk.”
“Nosservaw ir-regolamenti u nieħdu ħsieb is-saħħa ta’ xulxin.”
“Naqra żgħira mal-familja, ingawduhom naqra la għandna ċans u anke minħabba is-sitwazzjoni li qegħdin fiha. Naħseb hekk l-aħjar ħaġa li għandha issir.”