Kif tħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla, se ssir riforma fil-pensjonijiet għall-persuni b’dizabiltà.
Dettalji dwar din ir riforma u kif se titħaddem ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet f’konferenza indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia.
Il-Ministru spjega li ir-riforma se tiffoka fuq tliet livelli. L-ewwel livell huwa l-assistenza miżjuda għal-diżabiltà severa – mill-2017 ir-rata se tiżdied gradwalment biex tilħaq il-paga minima.
Minn €120 fil-ġimgħa, se tibda tilħaq il-paga minima, u l-means testing mhux se jsir.
Fit-tieni livell hemm l-assistenza għal diżabiltà severa – ir-rata li titħallas hawn hija ta’ €102.3 li tiżdied skont l-għoli tal-ħajja kull sena. Hawn se jibqa’ jsir means testing u jsir wkoll eżamijiet mediċi.
Fit-tielet livell hemm assistenza li qed tibgħata lill-amputees. Għall-ewwel darba, jekk persuna jkollha id jew riġel nieħes, tkun intitolata għal €76.60. Hawn id-dħul tax-xogħol jiġi injorat fil-kalkolu tat-test tad-dħul fil-ġimgħa.