Fl-aħħar partita tal-Erbgħa, minn Grupp F, il-Belġju rebħet 1 – 0 kontra l-Kanada biex b’hekk huma l-uniku tim bit-tlett punti fil-grupp wara d-draw bejn il-Marokk u l-Kroazja.
Kif jixhed ir-riżultat, il-Kanada m’għamluha xejn faċli għal Belġju tant li f’ċertu ħinijiet kienu l-Kanada l-iżjed perikolużi u viċin il-gowl. Madankollu, minkejja l-bidu mill-aqwa tal-Kanada, kienu l-Belġju li skorjaw l-uniku gowl tal-partita permezz ta’ Michy Batshuayi minuta minn tmiem l-ewwel taqsima.
Il-Kanada ħarġu aktar aggressivi fit-tieni taqsima iżda minkejja d-dominanza tagħhom xorta ma’ rnexxilhomx isibu x-xibka avversarja.
Il-konfront kien ikkontrollat mir-referee Roberto Martinez Montoliu.
Ritratt: NDTV Sports