L-aktar mument sabiħ għal koppja miżżewġin friski spiċċa f’każ li dar id-dinja għal mod li bih żviluppa.
Raġel minn Pennsylvania spiċċa fi ġlieda taħraq ferm ma’ martu ftit sigħat bissa wara ċ-ċerimonja tat-tieġ. John Delozier ta’ 31 sena huwa akkużat li prova jifga lill-mara għax jemmen li jimpurtaha biss mill-flus. Infatti kellhom ġlieda liema bħalha dwar ir-rigali tat-tieġ, li wasslet għall-attakk.
Biex tagħmel is-sitwazzjoni aktar drammatika, huwa ħarab minn fuq il-post sakemm instab mill-Pulizija. Aktarx li mhux se jkollhom ħajja faċli bħala miżżewġin.