Matul il-perjodu tal-votazzjoni, il-kardinali jiġu iżolati mid-dinja ta’ barra – ma jitħallewx jużaw il-mowbajls, l-internet jew jaqraw il-gazzetti. Jorqdu u jieklu f’Casa Santa Marta fil-Vatikan.
L-elezzjoni ssir b’mod strettament sigriet fil-Kappella Sistina, li hi famuża għall-pitturi ta’ Michelangelo.
Kull kardinal jivvota għall-kandidat li jixtieq li jsir Papa. Jistgħu jivvotaw għalihom infushom jekk iridu. Jekk xi kardinali jkunu morda u ma jkunux jistgħu jmorru fil-kappella, dawn jistgħu jivvotaw mill-kmamar tagħhom.
Papa ġdid jiġi elett meta kandidat jikseb l-appoġġ mingħand 89 kardinal – xi ħaġa li tista’ tieħu bosta rawnds ta’ votazzjoni.
Fis-sekli li għaddew, xi konklavi damu ġimgħat jew saħansitra xhur. Kien hemm anke każi fejn kardinali mietu waqt il-proċess.
L-aħħar żewġ konklavi spiċċaw mat-tieni jum tagħhom.