Qabel is-seduta tat-Tnejn waranofsinhar, dan l-istazzjon għamel għadd ta’ domandi lill-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni, fosthom lill-Kap innifsu tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.
Madankollu, fl-isfond anke ta’ dak li kienet diġà żvelat din il-kamra tal-aħbarijiet, jiġifieri li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kien lest li joħroġ ’l barra mill-Parlament waqt id-dibattitu fuq il-mozzjoni li, fost l-oħrajn, ikkundannat l-aġir ta’ Karol Aquilina, Grech kien skomdu jwieġeb mistoqsija sempliċi li saritlu minn ġurnalist ta’ ONE News.
Minflok, iżda, għażel li jkun arroganti għall-aħħar u wieġeb hekk.
Ġurnalist: “Dr Grech, Karol Aquilina min hu għalik?”
Grech: “Kif inti, orajt?”
Grech, imbagħad, ta kumment ta’ ftit sekondi lill-midja tal-Partit Nazzjonalista u reġa’ injora l-mistoqsijiet li kienu qegħdin isirulu minn din il-kamra tal-aħbarijiet.
Ġurnalist: “Dr Grech, teskludi li se toħorġu?”