Għall-Kattoliċi fis-Sirja, il-festa tal-Milied kienet doppja hekk kif setgħu jiċċelebraw din il-festa wara li tneħħa r-reġim ta’ Bashar al-Assad.
Dan filwaqt li f’belt Sirjana, li fil-maġġoranza tan-nies hemmhekk huma Kattoliċi, ħarġu jipprotestaw wara li nqabdet siġra tal-Milied fil-pjazza.
Il-grupp tar-ribelli, Hayat Tahrir al-Sham qal li qabad lil min kien responsabbli minn dan l-att vandalu.
Bl-appell ta’ dawk li pprotestaw kien sabiex issa fis-Sirja l-ġdida, ikunu protetti l-minoritajiet.
Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Milied fl-Art Imqaddsa qed jitqies bħala silenzjuz. Dan hekk kif bħas-sena l-oħra fil-Palestina għaddejja l-gwerra bejn Iżrael u l-Hamas.
F’nofsillejl saret il-quddiesa tradizzjonali fil-Knisja ddedikata lit-Twelid ta’ Ġesù Bambin, f’Betlehem.
Fil-messaġġ tiegħu għall-Milied, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, li għadu mandat ta’ arrest internazzjonali, qal li se jkompli jiġġieled il-forzi tal-ħażen.
Dan filwaqt li fl-Ukrajna komplew l-attakki Russi f’dan il-jum, bl-attakki jolqtu l-infrastruttura elettrika tal-pajjiżi. Dawn l-attakki seħħew b’kemm missili u anki bi drones. Bil-President Ukren Volodymr Zelensky sejjaħ dawn l-attakki mir-Russja bħala “inumani”.
Fl-Arġentina saret ikla kbira quddiem il-Parlament, għal dawk il-persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
Fil-kapitali Franċiża, Pariġi saret il-quddies ta’ nofsillejl fil-Katidral ta’ Notre Dame. L-ewwel waħda f’ħames snin wara li sar restawr estensiv ta’ dan il-katidral, wara li kien inħakem minn nirien.
Fir-Renju Unit, il-familja Rjali attendiet għas-servizz ta’ Jum il-Milied fi Knisja fir-residenza tar-Re Karlu III. Għal dan is-servizz kien hemm preżenti fost oħrajn ir-Re, ir-Reġina Camilla, il-Prinċep William u martu Kate Middleton.