Ernest Vella se jkun qed jipparteċipa f’kompetizzjoni internazzjonali tas-SONY u kien għalekk li ddeċieda jieħu dokumentarju qasir ta’ ħaddied Għawdxi li n-negozju tal-familja ilu għaddej għal dawn l-aħħar 117-il sena.
“Hawnhekk ili miftuħ xi 117-il sena. Kien fetaħ dan in-negozju nannuwi, wara missieri u issa jien. M’hemm ħadd iktar warajja.”
Dan x’qal Wenzu, ħaddied li n-negozju tal-familja tiegħu f’San Lawrenz f’Għawdex ilu għaddej għal bosta b’kummenti qosra li juru l-imħabba li għandu għal dan ix-xogħol.
Vella qed jitlob l-għajnuna tal-Maltin u Għawdxin biex jivvotawlu sabiex ikun jista’ jimxi fl-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull min jixtieq jgħin jista’ billi jidħol fuq il-filmat fuq Youtube u jgħamillu ‘like’.
Filwaqt li d-dokumentarju hu wieħed qasir, iħalli mpatt qawwi fuq il-kuxjenza ta’ dak li jarah dan hekk kif diversi negozji li tant kienu popolari fis-snin ta’ qabel, issa qed imutu u kull m’hu qed jibqa’ huma l-memorji li jfakkru nannietna.