“Ġuvni mimli ħajja u taf tħobb. Passjoni kbira għall-futbol li kellek. Kont bieżel u lit-tfal kont iżżommhom fuq wiċċ l-idejn.”
Qalet dan f’kitba fuq il-midja soċjali, Sandra Brincat, omm Alejandro, li ħalla din id-dinja lbieraħ filgħaxija f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Omm Alejandro qalet tistaqsi: “Kif ħa nġibek lura? Kif qatt nista’ nistabar?”
“Inħares lejk u nibkik. Ma niflaħiex it-telfa.”
Sandra temmet tgħid “ibni nħobbok ħafna.”
