Kif żvelajna lbieraħ Steve Aoki kellu numru ta’ kejkijiet lesti biex jitfa’ fuq l-udjenza li attendiet l-after party tal-Isle of Mtv.
Kejkijiet tal-krema kbar li wieħed żgur kien jieħu pjaċir iktar imisshom ma’ xofftu milli jsibhom neżlin fuq rasu waqt li qiegħed fid-dance floor.
Imma dik hi t-tradizzjoni ta’ Aoki u min mar kien jaf x’jistenna. Forsi kien id-DJ li ma kienx jaf x’se jistenna għax kif jgħidu bħal m’għamel għamlulu u spiċċa hu wkoll bil-kejk issutat lejh u fuq l-apparat li jdoqq bih u jiswa l-eluf.