Ġieli rajtu dan it-tifel f’xi meme fuq l-internet?
Dan huwa Sammy Griner minn Jacksonville Florida, li llum għandu għaxar snin. Meta ommu ħadet ir-ritratt fl-2007, qatt ma basret li kien se jsir famuż daqhsekk. Dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar. B’ħarsa determinata, beda jissejjaħ ‘Success Kid’ meta r-ritratt sar viral fl-2010.
Hemm sigriet wara r-ritratt: it-tifel kien daħħal xi ramel f’ħalqu u għalhekk dak il-wiċċ xi ftit qares.
Hemm ukoll storja ta’ kuraġġ. Missier Sammy, bl-isema ta’ Justin, marad b’mod serju bil-kliewi fl-2009, tant li kellu bżonn dialysis. Wara sitt snin, qalulu li għandu bżonn trapjant tal-kliewi.
Il-familja nediet paġna fuq GoFundMe biex tiġbor dawn il-flus. Meta l-pubbliku rrealizza li dan kien ‘Success Kid’, il-familja ġabret aktar minn $100,000 f’temp ta’ ftit jiem! Dawn il-flus intużaw kollha biex missier it-tifel ingħata l-aqwa kura.
F’Awwissu 2015, il-missier għamel l-operazzjoni, u kienet suċċess. Każ ta’ ritratt wieħed li biddel ħajjet familja.