Norman Grech huwa ħu Ivan Grech, u b’ton ċajtier irrakonta kif ħuh beda l-karriera mużikali tiegħu.
Jirrakonta li bħal kull tifel qabel isir adoloxxenti, ħuhom l-ieħor Jovan u hu kienu mqarbin ħafna. Darba fost l-oħrajn ħadu lil Ivan, ħudhom iż-żgħir, fuq il-bejt. Dak iż-żmien kellu biss sena u ftit xhur. Ma kienu pjanaw xejn ħażin, jirrakkonta, u kienu jħobbuh ħafna lil ħuhom iż-żgħir.
Kien il-bidu tas-sajf u kieku jiġru mal-appartament u l-bejt fejn kienu jgħixu. Kienu għadhom eċitati li ħuhom kien beda jżomm waħdu fuq saqajh.
Malli niżluh, ħafi, fuq il-bejt, Ivan beda jingħi u jħares lejn ħutu. Norman jirrakkonta li bħal donnu beda jkanta, u wara jwerżaq, imma baqa’ dritt dritt ma jiċċaqlaqx.
Norman u Jovan malajr indunaw li s-sħana kienet wisq għal Ivan, u ġabruh biex itaffi ftit mill-uġigħ. “Nammetti li kemm jien u kemm ħija ma stajniex niefqu nidħku!” kiteb Norman.
Aktar tard dakinhar, meta missierhom ġie mix-xogħol, qalulu b’li kien ġara, u dan tgħidx kemm irrabja. Però qalilhom li jaqblilhom jieħdu ħsieb lil ħuhom iż-żgħir, għax xi darba għad jikber, jitwal aktar minhom u jagħmel ħafna suċċess.
Kien b’dan il-mod li Norman awgura lil Ivan f’għeluq sninu llum. Filwaqt li xtaqlu l-aqwa jum possibbli, qallu bgħatlu kliem ta’ mħabba kif jagħmlu l-aħwa ma’ xulxin.