Fil-kapitali Ukrena, Kiev, waqgħu rokits waqt iż-żjara li kien qed jagħmel is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda f’din il-belt, li matulha kkritika lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-organizzazzjoni tiegħu stess.
Antonio Guterres qal li l-Kunsill falla milli jipprevjeni l-gwerra fl-Ukrajna u dan huwa sors ta’ diżappunt kbir, frustrazzjoni, u rabja.
Guterres kien ċar. Qal li l-Kunsill falla milli jagħmel kwalunkwe ħaġa li huwa fil-poter li jagħmel biex jipprevjeni jew itemm din il-gwerra.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda huwa magħmul minn ħmistax-il membru u għandu għan speċifiku: li jassigura paċi u sigurtà globali. Iżda fl-aħħar ġimgħat affaċċja kritika qawwija, inkluż mill-Gvern Ukren, talli ma ħa l-ebda passi mindu bdiet l-invażjoni Russa fi Frar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI