Minn tyres li ntremew illegalment fit-triq jew ma’ bring-in sites, saru reċipjenti oriġinali u kuluriti.
Ħaddiema assenjati mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ iddeċidew li flok jarmu t-tyres, jirriċiklawhom u joħolqu xi ħaġa ġdida. Għalhekk waħħlu tliet tyes fuq xulxin u tank fin-nofs, biex b’hekk għandhom laned taż-żibel li jilqgħuk u li jmorru tajjeb f’ġonna jew bandli. S’issa saru tlieta minn dawn il-laned, u mill-ħeġġa li wrew in-nies meta raw ritratt tagħhom fuq il-paġa Facebook tas-Sindku Sarah Agius, il-Kunsill għandu jkun imħeġġeġ jaħseb f’oħrajn.