Għaddejna minn 6 xhur ta’ sfidi iżda sodisfatt bix-xogħol tal-Gvern, ksibna r-riżultati u qed inwettqu l-affarijiet li qed jistennew in-nies. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza s sessjoni Gvern li Jisma’.
Joseph Muscat rrefera għall-politika tal-Gvern fejn jidħol x xoghol u qal li bħalissa f’Malta hawn nofs il-qghad li wiret il-Gvern. Żied jgħid li r-riżultati pożittivi fil-qasam tax-xogħol qed iwasslu għal inqas taxxi, iktar pensjonijiet b’saħħithom u iktar distribuzzjoni ta’ ġid.
B’referenza għall-morning after pill, il-Prim Ministru qal li diġà hawn pillola li għandha permess Ewropew, u għalhekk importatatur jista’ jdaħħal dawn il-pilloli. “Bħala Gvern mhux se ngħaġġlu fid- deċiżjoni tagħna. Minflok se nirreferu għal diskussjonijoet fil-Parlament.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar masterplan għal żoni urbani bħal Paceville fejn investituri jridu jiżviluppaw iżda mhemmx infrstrutura adegwata. Għalhekk inħass il-bżonn li jkun hemm regoli speċifiċi u iktar infrastruttura.
Muscat tkellem ukoll dwar it-traffiku u spjega kif qed jinbnew aktar toroq alternattivi biex jilqgħu d- domanda kbira għall-influss ta’ karozzi.
Irrefera wkoll għal titjib fejn jidħol l-egovernment fejn intirtet sistema li ma kinitx adegwat għaż-żmien tal-lum.