Il-Pulizija sabu liż-żewġ Libjani, imfittxija mill-Pulizija b’rabta mal-mewt ta’ Kolombjan, mistoħbija f’gwardarobba f’residenza f’San Lawrenz, fi Triq il-Wileġ, f’Għawdex. Fit-tfittxija nstabet ammont ta’ droga Kannabis u affarjiet relatati ma’ droga.
Bħalissa, il-Pulizija qegħdin jinterrgoaw lil Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko ta’ 23 u 29 sena rispettivament, u mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.