Sa qabel ma nbeda d-diskors ta’ dan l-aħħar, il-Kunsill Malti għall-żvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) ikkummissjona żewġ ekonomisti biex iħejju studji dwar il-paga minima.
Meta kienet qed tintroduċi t-tieni qari tal-abbożż ta’ liġi li jemenda l-Atta dwar dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Ministru Dalli qalet li r-rapporti tal-ekonomisti Lino Briguglio u Gordon Cordina bħalissa qed jiġu diskussi fuq livell tekniku, u l-konklużjonijiet mistennija jiġu ppreżentati lill-imsieħba soċjali lejn l-aħħar tas-sena.
L-Abbozz jipprovdi għat-trasferiment lill-Ministru responsabbli għad-Djalogu Soċjali, ta’ ċerti drittijiet, dmirijiet u funzjonijiet stabbiliti fl-Att. Jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ ċerti korpi fi ħdan il-Kunsill, li huma: il-Plenarja, li tkun kostitwita mill-membri eliġibbli biex jattendu għal-laqgħat tal-Kunsill; il-Bureau li jkun kostitwit mir-rappreżentanti legali u l-esperti maħtura mill-organizzazzjonijiet; u il-Gruppi ta’ Ħidma (working groups) li jkunu kostitwiti mill-imsieħba soċjali.