Id-Dukessa ta’ Sussex, Rachel Meghan Markle, irċeviet theddid “diżgustanti u reali ħafna” waqt li kienet twettaq xogħolha bħala rjali. Dan żvelaħ l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana.
Neil Basu qal li jifhem jekk Meghan kienet ħassitha “mhedda l-ħin kollu” u ittieħdu passi kriminali kontra dawn in-nies, skont Channel 4 News.
Il-Prinċep Harry, li mar jgħix Kalifornja ma’ Meghan fl-2020, qal is-sena l-oħra li ma ħassux sigur meta żar ir-Renju Unit.
Il-koppja ta’ spiss tkellmet dwar l-abbuż li rċevew qabel telqu u kif affettwa s-saħħa mentali tagħhom. Sa mill-2016, wara li l-koppja ħabbret pubblikament ir-relazzjoni tagħhom, il-Prinċep Harry ħareġ stqarrija li attakka lill-hekk imsejjħa ‘trolls’ tal-midja soċjali li kellhom lil Meghan fil-mira tagħhom.
Neil Basu – l-eks kap tal-pulizija kontra t-terroriżmu fl-Ingilterra – tkellem ma’ Channel 4 News fl-aħħar intervista tiegħu bħala assistent kummissarju. “Kieku rajt l-affarijiet li nkitbu u kont qed tirċeievi din it-tip ta’ retorika li tinsab online, tħossok mhedded il-ħin kollu,” qal Basu.