Minn awtopsja jirriżulta li raġel ta’ 41 sena, li hu mil-Latvija iżda jgħix Birżebbuġa, miet b’kawża naturali.
Kienet xena xejn sabiħa għall-ħaddiema li sabuħ mejjet is-Sibt filgħodu, għall-ħabta tat-08.15 fi Triq Girgenti, is-Siġġiewi. Ir-raġel bla ħajja nstab f’sit ta’ kostruzzjoni.
Kien għalxejn il ssejħet l-għajnuna medika fuq il-post għaliex ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.